|
Friday, 05 March 2010 21:44 |
|
ŻAK Mosta fil-preparazzjonijiet tagħha għall-miġja tal-Papa f'Malta YouTube: http://www.youtube.com/watch?v=ke0tu_QlMZ4 |
|
Tuesday, 02 March 2010 16:55 |
|
Bħala parti mill-attivitajiet bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) Marsaxlokk bil-kollaborazzjoni tal-KDŻ u bis-sehem ta’ żgħażagħ mill-Parroċċi ta’ Marsaxlokk, il-Kalkara u Wied il-Għajn se tkun qed ittella’ festa fil-Pjazza ta’ Marsaxlokk nhar il-Ħadd 7 ta' Marzu mis-7:00am san-12:30pm. L-attività se tinkludi fost l-oħrajn katekeżi għaż-żagħżagħ fuq it-tema magħżula mill-KDŻ “Mgħallem tajjeb x’għandi nagħmel biex nikseb il-Ħajja ta’ Dejjem?” (Mk 10:17) Liema katekeżi tkun segwita wkoll minn quddiesa animata miż-Żgħażagħ ta’ ŻAK Marsaxlokk fil-Knisja Parrokjali tal-Madonna ta’ Pompei fl-10:30am. Il-Programm jinkludi wkoll is-sehem taż-żgħżagħ mill-Parroċċi msemmija fejn dawn se jkunu qed jaħdmu fuq ‘banner’ li se jintuża waqt il-laqgħa li l-Papa Benedittu XVI se jkollu maż-żgħażagħ nhar it-18 ta’ April li ġej. Se jkun hemm ukoll area għat-tfal fejn se jsiru xi animazzjonijiet u ‘face painting’ fost l-oħrajn. Iż-żgħażagħ preżenti għall-din il-festa f’Marsaxlokk, se jkollhom l-opportunita’ wkoll li dak il-ħin jirreġistraw ‘online’ sabiex ikunu jistgħu jattendu għall-imsemmija laqgħa mal-Papa li se ssir fil-Valletta Waterfront. Kris Gilson ŻAK Marsaxlokk
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
|
|
Tuesday, 23 February 2010 16:21 |
|
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) hija organizzazzjoni nazzjonali li hija mqassma f’diversi lokalitajiet madwar Malta. L-għan huwa li ngħinu liż-zgħażagħ jikbru spiritwaliment u personalment f’relazzjoni m’Alla u mal-bnedmin. Ma jistax jonqos illi bħala żgħażagħ ninvolvu ruħna bis-sħiħ fiż-żjara tal-Papa Benedettu XVI f’pajjiżna. Iż-ŻAK ġiet avviċinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) sabiex torganizza katekeżi bi preparazzjoni għal dan l-avveniment. L-għan taż-ŻAK f’din is-sitwazzjoni hija li torganizza attivitajiet li permezz tagħhom twassal messaġġi liż-żgħażagħ. Bħalissa bosta gruppi madwar Malta għaddejjin bil-preparazzjonijiet tagħhom sabiex dan ikun possibli. Wieħed minn dawn il-gruppi huwa proprju ŻAK Birżebbuġa fejn qegħdin intellgħu attivita’ bl-isem ta Crossroads. Grupp ta’ żgħażagħ ingħaqdu u bdew għaddejjin bil-preparamenti għal bosta ġimgħat. L-idea hija li nwasslu l-messaġġ tal-Papa fostna liż-żgħażagħ ta’ etajiet u minn lokalitajiet differenti. Liema mezz ser jintuża, kienet totalment f’idejn dan il-grupp ta’ żgħażagħ li vvolontarjaw li jħejju din l-attività. Permezz tal-kreattività u ħafna diskussjoni waslu għall-idea ta’ Crossroads. Meta wieħed isib ruħu f’salib it-toroq huwa l-Mulej li jista’ jiggwidana u jurina t-triq it-tajba. It-tema ta’ dawn l-attivitajiet hija "Mgħallem tajjeb, għidli x'għandi nagħmel". Din tema ser toħroġ waqt li ż-żgħażagħ ser ikunu qegħdin jagħmlu treasure hunt madwar l-irħula viċin Birżebbuġa, fejn ġewwa kull raħal ser ikunu qegħdin jagħmlu workshop differenti li se jgħinhom jirriflettu dwar din-tema, permezz ta’ logħob, diskussjoni u preparamenti għall-quddiesa. Il-quddiesa ser issir eżattament hekk kif il-gruppi kollha jingħaqdu f’post wieħed. L-istess kif jiġri waqt treasure hunt, fejn il-clues iwassluk sat-teżor, tul ħajjitna nirċievu bosta sinjali li jwassluna għal Sidna Ġesù. Il-highlight tal-ġurnata jintlaħaq proprju hawn waqt il-quddiesa fejn ser nirriflettu fuq dak li għamilna matul it-tresure hunt, u flimkien nitolbu lill-Mulej sabiex jiggwidana fit-triq li jridna nieħdu f’ħajjitna. Naturalment, wara treasure hunt u quddiesa, kulħadd ikun bil-ġuħ u forsi jibda jitgħażżen xi ftit wara dak il-mixi kollu. Iżda lkoll nafu li aħna ż-żgħażagħ qatt ma ngħidu le għall-mużika, għalhekk se nagħlqu l-ġurnata b’‘get together’, fejn ma jistax jonqos xi ftit tal-ikel, karaoke fejn gruppi differenti minn paroċċi differenti jistgħu jissoċjalizzaw f’ambjent rilassanti. Inħeġġu liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet li qed isiru. Aktar informazzjoni dwar din l-attivita’, u kif wieħed jista' jipparteċipa, tinsab fuq is-sit elettroniku www.zakmalta.org. Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Birżebbuġa |
|
Tuesday, 23 February 2010 16:10 |
|
Iż-ŻAK Ħal-Tarxien u ŻAK Paola Kristu Re qegħdin jistiednu l-istampa biex tipparteċipa u tirraporta dwar l-attivita ‘Route 53787’. Din l-attivita hi waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li qegħdin ikunu organizzati bit-tħejjija taż-Żgħażagħ għall-Miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Pajjiżna. Tifsira ta’ ‘Route: 53787’. Jekk tagħfas in-numri 53787 meta tikteb messaġġ fuq il-mowbajl u tuża dizzjunarju Inġliż titla’ Jesus. Ir-risposta għat-tema ‘Mgħallem tajjeb x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?’ hija, imxi wara Ġesu’ għalhekk Ġesu’ huwa r-rotta li għandna nsegwu f’ ħajjitna. Għal attivita ’Route: 53787’ huma mistednin iż-żgħażagħ kollha b’mod speċjali dawk tal-parroċċi ta’ Ħal Tarxien, Paola, Fgura, Sta Luċija, Ħal Luqa, Il-Marsa, Il-Furjana u l-Belt Valletta. Programm tal-attività: Meta: Nhar il-Ħadd li ġej (28 ta’ Frar 2010) 7.30pm Quddiesa fil-Knisja ta’ Raħal Ġdid Kristu RE – Animata mill-Grupp Żgħażagħ Quddiesa tal-Ħadd, ŻAK u Paola Youth Centre. 8.30pm Kunċert Mużikali minn dawn il-bands: |
|
|
|
|