Iż-ŻAK Tiprepara għall-Miġja tal-Papa F’Pajjiżna
Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) qegħda tkun involuta fil-preparazjonijiet li qegħdin isiru għal-Miġja tal-Papa f’ Pajjiżna wara li ġiet kummisjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ r-responsabiltà biex torganizza katekeżi bi preparazzjoni għal dan l-aveniment. L-iskop taż-ŻAK hu, li permezz ta’ l-istess impenn, li ż-żgħażagħ taż-ŻAK qegħdin jinvestu, aktar persuni jiġu mogħtija l-opportunità li jersqu dejjem aktar ta’ Alla u lejn xulxin. 

Il-ħidma għal dan l-aveniment bdiet żmien ilu mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fejn flimkien ma' għaqdiet differenti inħoloq pjan biex għal dan l-aveniment ikun hemm preparazzjoni sħiħa sabiex ikun hawn mixja li tgħin liż-żgħażagħ jibenefikaw minn din l-esperjenza b’mod pożittiv.

Ir-responsabilità taż-ŻAK f’dan ir-rigward hija li torganizza inizjattivi li permezz tagħhom twassal messaġġi li jgħinu liż-żgħażagħ. Bħalissa l-gruppi għaddejin bil-preparazzjonijiet tagħhom biex permezz tal-impenn u l-kreattività tagħhom joħolqu opportunità biex iż-żgħażagħ Maltin jipparteċipaw f’katekeżi li qegħdin ikunu organizzati mill-gruppi taż-ŻAK. Dan ix-xogħol qiegħed isir fi spirtu ta’ għaqda biex permezz tiegħu jsir aktar ġid konkret fil-mixja spiritwali ta’ diversi individwi u gruppi.

Iżjed informazzjoni minn hawn.