|
Tuesday, 09 February 2010 09:11 |
|
Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika tal-Mosta qiegħda tistedinkom biex tingħaqdu magħha fil-mixja ta’ katekeżi li sejrin jagħmlu qabel il-miġja tal-Papa Benedittu XVI f’pajjiżna. Il-ħsieb hu li jkollna ċ-ċans biex flimkien ngħaddu mumenti ta’ talb u tagħlim biex permezz tiegħu nipreparaw lilna nfusna għal din l-esperjenza li ser ngħaddu minnha. Bejn l-24 ta’ Jannar u l-14 ta’ Frar ser issir mixja fejn kull nhar ta’ Ħadd għal erba’ ġimgħat ser niltaqgħu u flimkien nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Wara dan il-mument ser ikun hemm ħin fejn il-membri taż-ŻAK Mosta flimkien mad-Djaknu Rev. Blake Camilleri ser ikunu qegħdin iwasslu katekeżi bbażati fuq il-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI fid-dawl tat-tema magħżula għal din il-miġja "jeħtieġ iżda li naslu fi gżira" Atti 27:26. Aktar dettalji fuq kull attività partikolari jista jinkisbu dritt minn ġol-kalendarju jew minn www.zakmosta.org Poster tistgħu issibuha hawnekk.
|
|
Last Updated on Monday, 15 February 2010 19:56 |