Route 53787 - Stedina għall-istampa
Tuesday, 23 February 2010 16:10

Iż-ŻAK Ħal-Tarxien u ŻAK Paola Kristu Re qegħdin jistiednu l-istampa biex tipparteċipa u tirraporta dwar l-attivita ‘Route 53787’. Din l-attivita hi waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li qegħdin ikunu organizzati bit-tħejjija taż-Żgħażagħ għall-Miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Pajjiżna.

 

Tifsira ta’ ‘Route: 53787’. Jekk tagħfas in-numri 53787 meta tikteb messaġġ fuq il-mowbajl u tuża dizzjunarju Inġliż titla’ Jesus. Ir-risposta għat-tema ‘Mgħallem tajjeb x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?’ hija, imxi wara Ġesu’ għalhekk Ġesu’ huwa r-rotta li għandna nsegwu f’ ħajjitna.

 

Għal attivita ’Route: 53787’ huma mistednin iż-żgħażagħ kollha b’mod speċjali dawk tal-parroċċi ta’ Ħal Tarxien, Paola, Fgura, Sta Luċija, Ħal Luqa, Il-Marsa, Il-Furjana u l-Belt Valletta.

 

Programm tal-attività:

 

Meta:       Nhar il-Ħadd li ġej (28 ta’ Frar 2010)

 

7.30pm     Quddiesa fil-Knisja ta’ Raħal Ġdid Kristu RE – Animata mill-Grupp Żgħażagħ Quddiesa tal-Ħadd, ŻAK u Paola Youth Centre.

8.30pm     Kunċert Mużikali minn dawn il-bands:

Last Updated on Saturday, 27 February 2010 14:25