Sharing with a smile
Monday, 06 September 2010 12:46
29 ta' Lulju 2010- 20 t'Awissu 2010
 
 
 
F’Ottubru tas-sena l-oħra grupp miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika ipparteċipa f’seminar tal-Azzjoni Kattolika f’Ruma - dan kien il-bidu tal-proġett ta’ volontarjat Sharing with a smile. Imqanqla mil-laqgħa mal-leaders tal-Azzjoni Kattolika Palestinjana bdiet il-ħolma li fis-Sajf grupp ta’ żgħażagħ imur l-Art Imqaddsa joffri l-ħin u l-enerġija tiegħu mat-tfal u żgħażagħ tal-Palestina.
 
L-entużjażmu għal dan il-proġett kien kbir hekk kif din kienet l-ewwel esperjenza simili fi ħdan iż-ŻAK. Propju għalhekk ukoll konna nafu li kien se jkun hemm bżonn ta’ preparamenti kontinwi biex il-proġett ikun suċċess. Mill-bidu nett bdejna norganizzaw attivitajiet żgħar biex niġbru l-flus, kellna il-bejgħ tal-Ponsjetti fil-Milied u Car Boot Sale kbir f’Ġunju. Apparti minn dan żammejna kuntatt mal-leaders Palestinjani biex naraw fejn konna se nwettqu ix-xogħol volontarju kif ukoll fejn konna se noqgħodu aħna stess. Ħadna ħsieb ukoll li ntellgħu magħna xi riżorsi li setgħu jiġu użati hemmhekk, dawn kienu jinkludu logħob differenti għal mat-tfal u żifniet li tgħallimna matul is-snin f’attivitajiet taż-ŻAK.
 
Iktar ma beda joqrob l-aħħar ta’ Lulju, iktar beda jiżdied l-eċitament u ma dan żdiedu ukoll il-mistoqsijiet: Se jirnexxilna naslu sew? X'se nsibu jilqagħna? Se noqgħodu f’post tajjeb? Se naqblu bejnietna? Se nifthemu mal-oħrajn b’lingwa differenti? Se nagħmlu dak li morna għalih? Se nħallu impatt?
 
Wara ħafna żmien ta preparazzjoni u stennija waslet il-ġurnata fejn aħna tlaqna għal din l-avventura. L-ewwel reazzjoni li kellna kif wasalna kienet waħda normali, la rajna suldati u lanqas kien hemm ġlied. Qabel ma tlaqna, sħabna kif ukoll il-familjari qalulna li kienet se tkun ġennata li mmorru l-Palestina għax hemmhekk hemm il-ġlied u mhux pajjiż sikur. Però aħna li esperjenzajna tliet ġimgħat fil-post, la rajna ġlied u lanqas smajna sparar.
 
Ġo Ġerusalemm il-ħajja hi normali, anzi skantajna kif tliet reliġjonijet huma kapaċi jgħixu flimkien: il-Lhud, l-Insara u l-Musulmani. Mill-banda l-oħra meta morna Betlem nagħmlu il-volontarjat mat-tfal b’diżabbilità u mat-tfal li jgħixu fl-SOS, ħassejna bħal arja tqila. Malli tasal, tgħaddi miċ-check point u s-suldati jkunu għassa ta’ kulħadd. Peress li aħna konna nintgħarfu li turisti ma kellniex problemi. Però l-Palestinjani (i.e. Musulmani u Nsara) għandhom proċess itwal ta’ check in; iridu juru d-dokumenti meħtieġa kif ukoll jivverifikaw l-identità tagħhom permezz tal-finger prints. Għall-Iżraelin, il-Palestinjani huma bħal terroristi, għalhekk jagħmlu ħafna check points. La darba toħroġ miċ-check point issib ruħek f’belt imdawra b’ħajt oħxon u għoli tal-konkrit. Fuq dan il-ħajt hemm ħafna graffiti li jesprimu x-xewqat ta’ ħelsien u d-dwejjaq ta’ din l-okkupazzjoni Iżraelita f’Betlem. F’Betlem joqgħodu Musulmani u Nsara biss li minkejja d-differenzi fit-twemmin tagħhom jirnexxielhom jgħixu flimkien. Kull fejn tara Knisja, ikun hemm Moskea.
 
 
 
L-esperjenza tal-volontarjat ma’ t-tfal ġewwa Betlem kienet waħda mill-isbah u li verament tatna sodisfazzjon kbir. Ħdimna f’żewġ istituti tat-tfal differenti - wieħed immexxi mis-sorijiet għall-tfal li għandhom disabilità u ieħor immexxi mill-SOS għall-tfal Musulmani. Konna nilgħabu mat-tfal, kif ukoll ngħinu lis-sorijiet f’dak li jkun hemm bżonn li jsir fid-dar. Ix-xogħol li jagħmlu s-sorijiet ma’ dawn it-tfal huwa żgur xi ħaġa ta’ min jammira.
 
 
 
It-tbissima fuq wiċċ dawn l-anġli ċkejkin hija żgur xi haġa li ser tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Minkejja li dawn m’għandhom xejn u għandhom ħafna problemi xorta waħda huma ferħanin u l-imħabba li urew lejna kienet tassew idimendikabli. Morna bil-ħsieb li aħna nagħtu xi ħaġa, imma fil-verità nħossu li iktar irċevejna milli tajna.
 
It-tieni parti ta’ din l-esperjenza kienet tinvolvi l-Franciscian March. Matul dan il-marċ jipparteċipaw madwar 100 żagħżugħ u żagħżugħa li jiġu minn partijiet differenti ta’ l-Israel. Kuljum dawn imorru f’villaġġi differenti, filwaqt li jqumu kmieni filgħodu u jimxu għal madwar 5 siegħat bil-basktijiet sad-destinazzjoni li jmiss. Matul il-mixja, iż-żgħażagħ ikantaw, jitolbu u jgħinu lil xulxin. Bħala voluntiera xogħolna kien li ngħinu fit-tindif, il-preparazzjoni ta’ l-ikel u kif ukoll konna norganizzaw xi logħob u żfin għall-parteċipanti. Kelna wkoll l-opportunità li xi drabi nipparteċipaw maż-żgħażagħ fil-mixja.
 
 
 
Filgħaxija, kien jiġi l-mument meta konna niżfnu, nilgħabu and niċċajtaw flimkien mal-Franġiskani u mas-sorijiet kollha. Dan kien wieħed mill-isbaħ mumenti tal-marċ għax tinduna kemm huma magħqudin, alavolja grupp kbir u ġejjin minn partijiet differenti tal-Palestina. Nixtiequ vera nfaħruhom għall-mod ta’ kif laqawna fil-grupp tagħhom, għaliex saħansitra anke spiċċajna morna d-dar ta’ xi wħud minnhom. Wara ġimgħa nqumu, u norqdu ma’ l-istess nies għamilna ħbieb kbar, u nisperaw li nerġgħu niltaqgħu magħhom u forsi anke nerġgħu nesperjenzaw dan il-marċ għal darb’ohra flimkien.
 
Żgur illi dawn kienu tlett ġimgħat li m’aħna ser ninsew qatt. Minn hawn aħna nħeġġu lil żgħażagh oħra sabiex imorru fuq esperjenzi bħal dawn għaliex żgur li tkun xi ħaġa li tħalli impatt kbir f’ħajtek. 
 
- Maria Żammit
- Marija Cachia
- Lara Vella
- Genevieve Darmanin 
 
Me and Europe: ŻAK Malta & Asterisco Sicily
Sunday, 05 September 2010 14:59
In a ten-day experience we learnt, by non-formal education programmes co-financed by the Youth In Action programmes 1.3 Youth Exchanges, some interesting facts about Europe and the way its being politically moving forward with the help of the EU.

The first five days were held in Malta. First of we began our adventure with ice-breaking games and a get to know each other activity. We continued with some workshops and 2 presentations one about ŻAK and the other
about Malta and its beauties. These five days continued particularly well even because the Sicilians gave a good input in the project even though they had communication problems. We had visited a lot of Malta and the visitors
were particularly happy that we showed them a good part of our island.

It was time to visit Sicily, so we caught a direct flight to Trapani 2 hours away from Palermo and we began our 2nd part of the exchange where we were treated very well by the hosts for the whole 5 days we spent there. Regarding the workshops, they were held in the organisation’s offices. The workshops, as in Malta, were really informative and we had more information about Europe.

As every exchange finishes, we had our hearts broken because of the big miss of the Sicilians. But now we have to look forward and help ŻAK get other opportunities to show what organization it really is Laughing
 
Neil Abela - ŻAK Swatar
 
 
 
  
 
EuroCamp 2010 AMASS Experience
Friday, 13 August 2010 16:42
It was an incredible week which I will NEVER forget and will remain in my memories throughout my life! The first to arrive on Sunday 18th July were the Italians and Belgians. Then the Maltese participants, following them the Lithuanians, the Romanians, the Slovaks, the Danish and last but not least the Spanish participants who arrived on Tuesday. Everybody was excited for the EuroCamp to start as we were going to make new friends, get to know better some people which we already knew, learn about the different organizations and also increase our knowledge about the different cultures of the different countries. During this camp we were about 70 participants – 30 of these were Maltese while the others were from the countries mentioned above.
 
Some of the topics which we tackled during this week were about how to include persons with disabilities, homeless people, poor people and others who are discriminated into our society i.e. social inclusion and also about human rights. We had many workshops during the week to make us aware how these people feel and how we can include them in the society. The activity I liked most was on Wednesday when we went to Għajn Tuffieħa for a swim and afterwards, we were divided into groups of ten and we could only take with us one mobile phone, no money and one bag between ten people with some essentials in it like a torch, insect repellant, towels etc. Each group was left at a place with a map and some rice and baked beans to eat. We had to walk to our final destination which was on a beach. My group had to sleep at Buġiba Bay. We had two stops where to stop until we arrived at our destination where we played a game. We were only given water bottles and newspapers on which we could sleep. Luckily I had my towel so I could cover myself up during the cold, long night near the sea. It was a nice experience by which we got to know how the homeless people feel and we learnt what we can do to help them. On Saturday 24th July we also had a treasure hunt at the Capital City of Malta-Valletta about human rights. There were many workshops all around Valletta which each dealt with a particular human right. This treasure hunt made each participant more aware about human rights and how important it is for each country to follow these rights. The week passed by really quickly and the day of the departure (Monday 26th July) arrived. Many cried as a week was long enough to make friends and get to know the foreign participants. Some of the Maltese participants went to the airport to see the others leave and to say the last goodbye and giving them the last hug before returning back to their country not knowing if we will ever meet again. We are all hoping to see each other again next year at the World Youth Day in Madrid-Spain.
 
I will never forget this amazing week and a big thanks goes to all the leaders who prepared this Euro Camp, to ŻAK Malta for hosting and also to FIMCAP as without its help, none of this would have taken place!!!
 
Lara Galea
ŻAK Żurrieq
 
Le Tour De ŻAK (Update: Cancelled)
Tuesday, 15 June 2010 10:49
On Sunday, 27th of June, ŻAK Ibraġ is going to hold a massive event for all ŻAK people aged 16+. An innovative ŻAK activity you've never attended to before!


What are you waiting for? Participation is only €7 


Register now on http://spreadsheets.google.com/viewform?formkey=dGxWZndjS3AtQXFQakVZemllX1NpWWc6MQ and benefit from an event aimed for you to enjoy the first taste of Summer in style. 


If you don't have a bicycle, we will provide you with one on site for just an extra €10 (first come first served). 

We meet at Savio College Dingli at 3:00pm. At 3:30pm we head towards Baħrija and finish back in Savio College by 8:00pm. Food, drinks and a refreshing ice cream are included. One last thing – this is an open event, so just invite your fellow friends and family too.


Jeffrick Cachia - 
ŻAK IBRAĠ
 
"God Is A DJ" mingħand ŻAK Żurrieq
Friday, 16 April 2010 19:13

God is a DJ.....Din hi t-tema tal-attività li ġiet imtellgħa minn ŻAK Żurrieq b’kollaborazzjoni mal-KDŻ bħala preparazzjoni għall-miġja tal-Papa f’Malta. L-ispirazzjoni għal din it-tema bdiet minn diska u din l-idea kompliet tiżvolġi. Bħala promozzjoni għal din l-attività produċejna filmat li jinkludi lill-membri kollha ta’ ŻAK Żurrieq (http://www.zakzurrieq.org/god_is_a_dj_promo.html).

 

L-attività kienet maqsuma f’żewġ partijiet: l-ewwel parti għall-adolexxenti filwaqt li t-tieni parti kienet għaż-żgħażagħ. Din l-attività itellgħet fil-11 t’ April fil-Knisja ta’ Bubqara fiż-Żurrieq. Filgħodu l-attività kienet tinkludi quddiesa b’differenza. It-tema tal-mużika spikkat permezz tal-kreattività. L-adoloxxenti preżenti għamlu handprints fuq banner sabiex jirrapreżentaw sinfonija. Matul il-quddiesa il-band ta’ ŻAK Żurrieq animat il-quddiesa filwaqt li xi membri oħra għamlu reċta.  Wara l-quddiesa l-adoloxxenti ingħataw Long Play tal-injam u użaw il-kreattività tagħhom biex iddisinjawha kif riedu bl-għajnuna ta' materjali provduti apposta. Din il-Long Play inżammet mill-adoloxxenti bħala tifkira.  Għalaqna din l-attività b’reċeviment fejn l-adolexxenti kellhom ħin sabiex jissoċjalizzaw flimkien.

 

Filgħaxija l-attività kellha xejra differenti minħabba li kienet immirata għaż-żgħażagħ. Ħloqna atmosfera sabiħa billi dawwalna l-Knisja bix-xemgħat. Il-band għal darb' oħra animat il-quddiesa. Matul il-quddiesa intwerew siltiet mill-film August Rush u b’hekk ġiet inkluża t-tema tal-mużika. Wara l-quddiesa kien hemm reċeviment u ż-żgħażagħ preżenti ingħataw CD bħala tifkira.

Kienet attività li fiha ħadna gost flimkien filwaqt li flimkien ħejjejna għall-miġja tal-Papa Benedittu XVI fostna. 

 

- Loredana Falzon

 
ŻAK Mosta Cake Sale
Monday, 12 April 2010 17:46
Il-grupp 1996-1997 taż-ŻAK Mosta organnizzaw Cake Sale nhar il-11 t'April 2010 fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tal-Mosta. Fiha nbiegħu ħelu u ikel ieħor bil-flus imorru għall-proġetti varja li ser iwettqu ż-ŻAK Mosta fis-sajf ta' l-2010.

Waqt dan il-Cake Sale, iż-ŻAK Mosta ukoll għen biex jinbiegħ il-ktieb Irrid Ngħix ta' Annabelle Vassallo bid-dħul tal-ktieb imur għall-Puttinu Cares.
 
Crossroads - Rendikont
Wednesday, 17 March 2010 18:11

Nhar is-sebgħa ta' Marzu, ġiet imtgħella attività miż-ŻAK Birżebbuġa bi tħejjija għall-migja tal-papa fostna.  Din l-attività ġiet imtella bl-għajnuna tal-KDŻ (Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ).  Din kienet iġib l-isem ta' Crossroads, fejn kienet imqassma ma' tliet irħula fin-naħa t'isfel ta' Malta: Birżebbuġa, Żejtun, u Ħal Għaxaq.  Minkejja li t-temp ħadem kontrina, minħabba x-xita li għamlet, xorta waħda kienet attività sabiħa fejn kull min attenda ħa pjaċir.
 
Il-preparamenti mill-organizaturi bdew mid-disgħa ta' filgħodu u l-parteċipanti bdew jaslu għall-ħabta tas-siegħa.  Il-parteċipanti li attendew kienu minn irħula differenti fosthom Birżebbuġa, Żurrieq u Siġġiewi. Meta waslu l-parteċipanti kollha, ġew maqsuma fi gruppi differenti u bdew jiġu spjegati r-regoli tal-ewwel parti tal-attività.  Din kienet treasure hunt li kienet imqasma f'diversi workshops li ġew imqasma ma' Birżebbuġa, Żejtun u Ħal Għaxaq.  Dawn il-workshops kienu jikkonsistu f'diversi logħob, kemm movimentat u kif ukoll riflessiv.  Uħud mill-logħob kienu stazzjonati barra, però sfortunatament wara xi siegħa li bdiet l-attività bdiet nieżla x-xita b'hekk kelna naddataw il-logħob li konna ħejjejna biex ikunu jistgħu jintlagħbu ġo post ġewwa.  Dawn il-logħob marru tajjeb ħafna mall-parteċipanti u barra li ħadu pjaċir tgħallmu minnhom ukoll. 
 
It-treasure hunt ġiet fit-tmiemha għall-ħabta tal-ħamsa.  Wara li l-parteċipanti strieħu ftit, bdiet il-quddiesa.  Kienet quddiesa kollha kemm hi imtgħella miż-żgħażagħ, u kien hemm spirtu sabiħ fejn kulħadd ingħaqad flimkien wara ġurnata mimlija logħob, ċajt u attività. 
Hekk kif intemmet il-quddiesa tħabbru r-rebbieħa u ftit wara beda l-party. Waqt il-party kien hemm atmosfera vera sabiħa, kulħadd kien magħqud flimkien u l-enerġija taż-żgħażagħ spikkat bil-kbir.  Kien hemm spirtu ta' għaqda u ferħ fejn aħna ż-żgħażagħ urejna kemm aħna kapaċi nieħdu pjaċir mingħajr ma nagħmlu l-ebda ħsara la lilna u lanqas lil ta' madwarna.
 
L-attività ġiet fi tmiem għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta' filgħaxija.  Kienet ġurnata impenjativa ħafna però imlietna b'sodisfazzjon kbir. It-tħejjija għall-attività bħal din kienet bdiet minn Diċembru li għadda u issa kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.  Minkejja li t-temp ma kienx favurina xorta waħda ħadna pjaċir.  Fl-aħħar minn l-aħħar proset u grazzi lil kull min ta il-kontribut tiegħu fi Crossroads biex b'hekk attività bħal din kienet suċċess.

- Deborah Bonniċi 

 
ŻAK Mosta fuq YouTube!
Friday, 05 March 2010 21:44

ŻAK Mosta fil-preparazzjonijiet tagħha għall-miġja tal-Papa f'Malta

YouTube:  http://www.youtube.com/watch?v=ke0tu_QlMZ4

 
«StartPrev12345678NextEnd»

Page 1 of 8