Iż-ŻAK Mosta u l-Grupp Finlandiż VETO f’Attività f’Dar il-Kaptan ma’ Persuni bi Bżonnijiet Speċjali
Thursday, 15 July 2010 14:45

‘Iż-Żgħażagħ huma lkoll strumentali biex flimkien joħolqu differenza pożittiva fis-soċjetà li qed ngħixu fiha. L-inklużjoni ta’ kull persuna u l-impenn ta’ kullħadd biex ħadd ma jibqa lura huwa xhieda ta’ Azzjoni li permezz tagħha llkoll kemm aħna jkollna aktar faċilitajiet biex nirnexxu fil-ħajja ta’ kuljum’. Dan kien il-messaġġ li ż-żgħażagħ taż-ŻAK Mosta u tal-grupp Finlandiz Veto ħarġu waqt attività organizzata bħala parti mill-iskambju li qed isir din is-sena f’pajjiżna. Dan l-iskambju li hu ffinanzjat mill-Youth in Action Programme tal-Finlandja għandu t-tema ta’ Inklużjoni Artistika. L-iskop ta’ dan il-proġett hu li joffri liż-żgħażagħ parteċipanti u lill persuni b’diżabilità l-opportunità biex filwaqt li jipparteċipaw flimkien f’attivitajiet differenti jkollhom iċ-ċans li jitgħallmu mingħand xulxin f’ambjent informali.

 

Waqt attività organizzata f’Dar il-Kaptan fl-Imtarfa ż-żgħażagħ parteċipanti kellhom iċ-ċans li jieħdu sehem f’attivitajiet flimkien ma persuni b’diżabilità filwaqt li kellhom iċ-ċans li jsiru jafu aktar lill-xulxin filwaqt li jiddiskutu dwar temi ta’ interess differenti. Matul din l-attività ż-żgħażagħ parteċipanti tal-Proġett Inklużjoni Artistika u l-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Dar il-Kaptan ħadu sehem f’attività artistika li permezz tagħha ħolqu tpinġijiet li ġew magħmula minn diversi frott u ħxejjex. Permezz ta’ din l-arti il-parteċipanti kollha wasslu messaġġ li bl-impenn u bir-rieda ta’ kullħadd nistgħu nagħmlu passi l-quddiem fejn aktar persuni jkunu aċċettati u integrati fis-soċjetà tagħna.

 

F’din l-attività ħa seħem ukoll is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli fejn wassal messaġġ dwar l-importanza ta’ l-involviment taż-żgħażagħ f’inizzjattivi simili lhiema inizjattivi għandhom il-potenzjal li jagħtu opportunitajiet uniċi li permezz tagħhom dawk kollha nvoluti jibbenefikaw minn żvillup ħolistiku li jwassal biex ikun hawn sinerġija favur l-inklużjoni soċjali. Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-impenn taż-ŻAK  Mosta u tal-group Veto għad-determinazzjoni u l-impenn tagħhom biex joħolqu dejjem aktar opportunitajiet ta’ formazzjoni maż-żgħażagħ li jiffrekwentawhom.

 

Matul l-attività Nicola Borg – leader miż-ŻAK Mosta u Heidi Saarinen Youth worker mill-grupp Veto saħqu li l-proċess għall-preparazzjoni ta’ dan l-iskambju involva diversi sfidi li għenu biex iż-żgħażagħ jaħdmu mill-qrib ta’ xulxin biex illum wasslu biex qed igawdu mill-frott ta’ ħidmiethom.

 

Il-Fondazzjoni Respite Care Services, hi bbażata f’Dar il-Kaptan l-iMtarfa u ġiet imwaqqfa f’ Novembru 1991. L-għan tal-fondazzjoni hu li tiprovdi servizzi professjonali kemm residenzjali kif ukoll matul il-ġurnata lill persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.

 

Il-Fondazzjoni hija organizzazjoni mhux governattiva u hija non profit. L-ispejjeż biex din id-dar tkun tista' topera huma koperti b’għotja mogħtija mill-gvern kull sena, ħlasijiet fuq servizzi mogħtija, kif ukoll minn donazzjonijiet u attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi li jsiru minn żmien għall ieħor.

 

 

Aktar informazzjoni dwar iż-ŻAK Mosta tista ssibha fuq il-website www.zakmosta.org.

 

Martin Chetcuti

ŻAK Mosta Youthworker – Mob 79856471

 
L-Azzjoni Kattolika Maltija Tilqa bi Ħġara lill-Papa Benedittu XVI
Friday, 16 April 2010 08:45

L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) tilqa bi ħġarha lir-Ragħaj Spiritwali l-Papa Benedittu XVI f’pajjiżna. Din il-Miġja f’pajjiżna hija opportunità konkreta biex il-membri tal-Knisja Kattolika f’Malta jkollhom iċ-ċans biex jingħaqdu flimkien u jiċċelebraw l-imħabba ta’ Alla għalihom. Il-figura tal-Kap tal-Knisja Kattolika ġewwa pajjiżna għandha tixpruna l-entużjażmu u r-rieda biex ilkoll kemm aħna inwettqu ‘Azzjoni Kattolika’ konkreta matul il-ħajja tagħna ta’ kuljum.

 

Din l-opportunità għandha tkun strumentali biex ilkoll flimkien nersqu aktar lejn xulxin u mingħajr ebda preġudizmu ninfetħu biex naċċettaw lill-xulxin minkejja d-differenzi li jista' jkun hemm bejn xulxin. Kull persuna hija mezz importanti u riżorsa essenzjali li permezz tagħha s-soċjetà tista tagħmel avvanzi posittivi biex b’hekk aktar persuni jgħixu ħajja aħjar. L-importanti huwa li filwaqt li nirrikonoxxu lil kull persuna, nagħmlu dak kollhu possibli biex permezz ta’ l-istess rikonoxximent nagħtu l-possibilità lil kullħadd biex iħossu milqugħ u apprezzat.

 

Il-Miġja tal-Papa Benedittu XVI f’pajjiżna għandha sservi ta’ mezz biex filwaqt li napprezzaw il-ħidma tal-Knisja Universali fuq livelli differenti speċjalment ma’ persuni li jinsabu għaddejin minn żminijiet diffiċli, tkun ukoll mezz li permezz tagħha jsir invit miftuħ biex dawk kollha li jinsabu aljenati jew inkella il-bogħod mill-Knisja jindunaw li huma milqugħa li jerġgħu jingħaqdu fi ħdanha fuq għażla tagħhom. Dan kollhu għandu jwassal biex aktar persuni jħossuhom aktar viċin ta’ Alla permezz tal-involviment tagħhom fi ħdan il-Knisja Kattolika.

 

L-AKM tawgura li permezz ta’ din iż-żjara joħroġ ħafna ġid inkluż ġid spirtwali li jitkattar fost il-poplu kollhu. Permezz ta’ dan il-ġid imkattar j’Alla li aktar persuni jirrikonoxxu l-importanza u sħubija ta’ kull individwu biex b’hekk ikollna soċjetà miftuħa għat-tkattir tal-ġid komuni.

 

Martin Chetcuti

PRO Azzjoni Kattolika Maltija

 
Iż-ŻAK f'Appoġġ mal-Knisja Kattolika
Monday, 12 April 2010 17:50

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika tixieq turi l-appoġġ tagħha lit-tmexxija tal-Knisja kemm f’Malta u kemm dik universali f’mumenti meta dawn iridu jieħdu deċiżjonijiet importanti dwar sitwazzjonijiet diffiċli li qed tiffaċċja l-Knisja bħalissa minħabba rapporti dwar abbużi minn naħa ta’ persuni li qed jaħdmu fi ħdanha. Fl-istess waqt iż-ŻAK tixtieq tħeġġeġ lill-awtoritajiet kemm ċivili u kemm ekkleżjastiċi biex jieħdu passi aktar iebsa biex jiġu evitati kull tip ta’ abbuż, speċjalment min-nies li għandhom r-rwol li jkunu ta’ appoġġ għal persuni oħra. 

 

 

Iż-ŻAK tesprimi d-dispjaċir tagħha għat-tfal u żgħażagħ li qed jgħaddu mit-trawmi ta’ abbużi.  Każijiet bħal dawn iħallu effetti negattivi fuq il-persuni għal tul ta’ żmien. F’dan id-dawl iż-ŻAK tisħaq fuq l-importanza ta’ Azzjoni Konkreta biex b’hekk dawn il-kazijiet ikunu kontrollati u possibilment eliminati. Iż-ŻAK tisħaq fuq l-importanza li jsir kull ma hu possibli biex persuni li huma vittmi ta’ dawn l-abbużi, jiġu megħjuna kif meħtieġ, filwaqt li l-persuni li jinsabu ħatja li abbużaw minn minorenni jinżammu ‘l bogħod minn ambjenti fejn jistgħu jerġgħu ikunu protagonisti ta’ xi abbuż fuq tfal jew żgħażagħ.  Iż-ŻAK tħoss il-bżonn tat-tisħiħ tal-edukazzjoni f’dan ir-rigward biex b’hekk kemm it-tfal u kemm iż-żgħażagħ ikunu aktar kapaċi jevitaw persuni  u sitwazzjonijiet li jistgħu ikunu ta’ ħsara għalihom, filwaqt li jkunu kapaċi ifittxu l-għajnuna neċċessarja f’każ li jispiċċaw vittma ta’ xi abbuż.

 

 

Iż-ŻAK qed turi d-diżaprovazzjoni tagħha għall-fatt li l-każijiet ta’ abbużi qed jintużaw biex tiġi attakkata l-kreddibilità tal-Knisja. Dan meta l-Knisja Kattolika stess hi attiva ħafna biex tappoġġja miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja kollha permezz ta’ ħafna ħidmiet li l-maġġoranza tagħhom isiru fis-silenzju u mingħajr ebda tip ta’ promozzjoni. Permezz ta’ dan it-tip ta’ xogħol dawn il-persuni kienu u għadhom qegħdin jiġu mejjuna permezz ta’ diversi proġetti u inizjattivi li qegħdin isiru fuq livelli differenti.

 

 

Martin Chetcuti

PRO Azzjoni Kattolika Maltija

 
Reazjoni taż-ŻAK għal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ
Tuesday, 30 March 2010 07:52

Iż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika Maltija (ŻAK) jilqgħu b’mod pożittiv t-tnedija tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ġiet imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. ‘Permezz ta’ din il-politika qiegħed isir sforz sabiex jiġi indirizzat l-iżvillupp olistiku taż-żgħażagħ u sforz favur il-bżonnijiet taż-żgħażagħ f’isem il-komunità tagħna’. Dan l-istess sforz juri biċ-ċar li ż-żgħażagħ huma kkunsidrati li għandhom sehem importanti fis-soċjeta' li qegħdin jgħixu fiha u għal daqstant, għandhom ikunu xprunati biex ikunu ċittadini attivi li b’responsabbilità jwettqu azzjonijiet li jgawdu minnhom kemm huma kif ukoll is-soċjeta' li huma jappartjenu għaliha.

 

Matul l-aħħar snin iż-ŻAK ħadmet ferm biex jinħoloq ambjent fejn iż-żgħażagħ setgħu jkunu protagonisti, kemm fi ħdan l-organizzazzjoni stess u fis-soċjeta`.  Għalhekk iż-ŻAK tirrikonoxxi l-impenn biex iż-żgħażagħ ikollhom opportunitajiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu  jippjanaw, ifasslu, joħolqu, u jwettqu.  Il-parteċipazzjoni sħiha taż-żgħażagħ f'deċizjonijiet li jaffettwaw lilhom kemm fil-preżent u kemm fil-futur  tagħti spunt għal aktar ġustizzja soċjali li tista' iġġib bidla pożittiva fis-soċjetà.

 

Iż-ŻAK tapprezza l-fatt ukoll li l-Politika qed tħares lejn l-edukazzjoni non-formali u t-tagħlim informali bħala kruċjali fl-iżvilupp tal-persuna.  Dan jagħti aktar lok biex jiġi rikonoxxut kull tip ta' tagħlim, anki dak li jmur 'l hinn mill-edukazzjoni formali.  Dan l-istess tagħlim jgħin ħafna biex iż-żgħażagħ ikollhom transazzjoni aħjar bejn l-iskola u x-xogħol. Il-volontarjat hu ukoll essenzjali għaliex permezz tiegħu l-persuni jkollhom opportunità li jwessgħu l-orizzonti tagħhom filwaqt li jsaħħu l-formazzjoni sħiħa tagħhom.

 

Fid-dawl ta’ dan kollu, iż-ŻAK tapprezza t-tħabbira li ser tkun qed titnieda l-Aġenżija taż-Żgħażagħ fiż-żmien li ġej. Din l-Aġenzija ser tkun qed iżżomm din il-politika bħala gwida għall-ħidma tagħha fil-qasam taż-żgħażagħ u għaldaqstant għandha tara li l-inizzjattivi kollha jkunu verament aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha u ma jitħallewx barra dawk li tradizzjonalment huma emarġinati minħabba l-livell ta' edukazzjoni, jew sitwazzjoni soċjali tagħhom. Iż-ŻAK qed tħares 'il quddiem biex fiż-żmien li ġej aktar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ikunu nvoluti dejjem aktar f’inizzjattivi meħuda favur iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, filwaqt li tapprezza kull forma ta' għajnuna li tiġi mogħtija lil dawk l-entitajiet li juru biċ-ċar li qed jaħdmu biex iwettqu punti minn din il-Politika fil-ħidma tagħhom maż-żgħażagħ.

 

Martin Chetcuti

PRO Azzjoni Kattolika Maltija

 
Baby Ġdid fiż-ŻAK
Tuesday, 16 February 2010 12:34

Grupp ġdid taż-ŻAK f'Raħal Ġdid Kristu Re

Sena tat-Twelid tal-grupp: 1996-1997
Ġurnata u ħin meta niltaqgħu: Il-Ġimgħa mis-6:00pm sas-7:00pm
Post: ŻAK centre (next to HSBC)
Leaders: Annushka Falzon, Vincienne Debono, Claire Camilleri, Ritlen Abel and Clarisse Muscat

Jekk int interessat li tibda tiġi f'dan l-grupp, ejja żurna waqt il-ħin tal-laqgħa jew ċempel lil Annushka Falzon fuq 79310231 jew ibgħat email fuq  This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it  għal iktar informazzjoni. 

 
Iż-ŻAK Tiprepara għall-Miġja tal-Papa F’Pajjiżna
Sunday, 17 January 2010 02:28
Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) qegħda tkun involuta fil-preparazjonijiet li qegħdin isiru għal-Miġja tal-Papa f’ Pajjiżna wara li ġiet kummisjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ r-responsabiltà biex torganizza katekeżi bi preparazzjoni għal dan l-aveniment. L-iskop taż-ŻAK hu, li permezz ta’ l-istess impenn, li ż-żgħażagħ taż-ŻAK qegħdin jinvestu, aktar persuni jiġu mogħtija l-opportunità li jersqu dejjem aktar ta’ Alla u lejn xulxin. 

Il-ħidma għal dan l-aveniment bdiet żmien ilu mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fejn flimkien ma' għaqdiet differenti inħoloq pjan biex għal dan l-aveniment ikun hemm preparazzjoni sħiħa sabiex ikun hawn mixja li tgħin liż-żgħażagħ jibenefikaw minn din l-esperjenza b’mod pożittiv.

Ir-responsabilità taż-ŻAK f’dan ir-rigward hija li torganizza inizjattivi li permezz tagħhom twassal messaġġi li jgħinu liż-żgħażagħ. Bħalissa l-gruppi għaddejin bil-preparazzjonijiet tagħhom biex permezz tal-impenn u l-kreattività tagħhom joħolqu opportunità biex iż-żgħażagħ Maltin jipparteċipaw f’katekeżi li qegħdin ikunu organizzati mill-gruppi taż-ŻAK. Dan ix-xogħol qiegħed isir fi spirtu ta’ għaqda biex permezz tiegħu jsir aktar ġid konkret fil-mixja spiritwali ta’ diversi individwi u gruppi.

Iżjed informazzjoni minn hawn.

 
Sarah is Youth of the Year 2009!!!
Wednesday, 02 December 2009 01:33
On Saturday 28th November 2009, Sarah Caruana was awarded the national award, Youth of the Year 2009 by Malta’s Acting President Dr. Anton Tabone.  This award is organised annually by Oasi Foundation and is aimed at recognizing young people’s contribution to society.
Sarah was chosen as the winner among eight other nominees, coming from all-over Malta.  Among the motivations for choosing Sarah for this award, the board of judges pointed out her dedication towards her day-to-day life commitments, her ability and willingness to be of service to those around her, to be of an example by means of her leadership, her honesty and professionalism in her work and the commitment she gave in Malta and abroad.
The ceremony took place at Ta’ Ċenċ hotel, Gozo, and was presided by Acting President Dr. Anton Tabone. Hon. Minister Giovanna Debono, Hon. Chris Said and Gozo’s Bishop Mario Grech were also present for this event.
Sarah’s nominee was backed by the Tarxien Parish Priest, Fr. Reuben Deguara and the Tarxien Mayor Mr. Paul Farrugia.
 
 
ZAK and Hamrun
Wednesday, 28 October 2009 01:59

Ghandna bicca area kbira tal-Azzjoni Kattolika- kbira daqs ground tal-football (filfatt kienu jilghabu fiha l-Hamrun!!!).  Imma din l-area hi kollha haxix u ghalhekk s'issa qatt ma uzajniha.  Hu post li nistghu nuzaw facilment ghall-attivitajiet taz-ZAK, ghax kbira, u ghandha maghha bini tal-Azzjoni ukoll.

Irridu innaddfuha mill-haxix li fiha biex nibdew nuzawha.  Ser niltaqghu fis-7th November filghodu u nibdew innaddfu.  Min jista jigi please?  Hemm bzonn in-nies u jekk mhux se nibdew nuzawha hemm cans li nitilfuha, u mhux worth-it, meta tqis kemm inhallsu flus biex nuzaw il-postijiet.

MIN GEJ FIS-7th please? Ibghatu fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

 

 

 

 
«StartPrev1234567NextEnd»

Page 1 of 7