Train to Serve/

Il-proġett Train To Serve tnieda matul l-aħħar ftit ġimgħat bejn iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) u Youth Included. Huwa iffinanzjat mill-iskema Voluntary Organisations Project Scheme. Din l-iskema hi immexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, f'isem il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili. Il-proġett hu immirrat biex jagħti taħriġ fit-tmexxija taż-żgħażagħ fi ħdan gruppi u organizzazzjonijiet. L-għan ewlieni hu li nies professjonali jakkumpanjaw mexxejja żgħażagħ b'taħriġ u appoġġ biex jikbru fil-ħiliet tagħhom bħala l-mexxejja fil-qasam volontarju. Dan il-proġett se jikkumplimenta l-isforz magħmul miż-ŻAK, il-Youth Included u entitajiet oħra li joffru taħriż formali għat-tmexxija taż-żgħażagħ, permezz ta' korsijiet ta' taħriġ.

Il-trejners ser ikunu qed jgħinu l-mexxejja f'ċentri taż-żgħażagħ differenti f'ħafna aspetti kif meħtieġ skont is-sitwazzjonijiet li ż-żgħażagħ jistgħu jaffaċċjaw matul l-esperjenza tal-volontarjat tagħhom. Huma se jkunu qed jgħinu l-mexxejja taż-żgħażagħ fuq l-interazzjoni ta' bejniethom u mall-membri li jkunu qed imexxu, u fl-ippjanar tal-attivitajiet taż-żgħażagħ. Se jkun ukoll qegħdin isegwu l-ħarsien ta' punti etiċi ta' dawk involuti fix-xogħol maż-żgħażagħ, kif ukoll, iħeġġu biex tinżamm parteċipazzjoni tajba fil-komunita' lokali u aspetti oħra.

Dan il-proġett se jgħin lill-gruppi taż-żgħażagħ biex ittejjbu l-mod ta' kif tipprovdi s-servizz tagħha għall-membri żgħażagħ u biex tgħin lill-mexxejja biex jadottaw metodu fejn il-membri joħolqu għanijiet biex ikomplu jitgħallmu u jevalwaw l-proċess li wassal biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Dan il-proġett ser ikun qed jiżviluppa matul x-xhur li ġejjin sa April tal-2017.

Għall-aħħar aġġornamenti tista' iżżur din il-link

This project is funded through the Voluntary Organisations Project Scheme managed by the Malta Council for the Voluntary Sector on behalf of the Ministry for Social Dialogue, Consumer Affairs and Civil Liberties.